Ċikonja Bajda

Iċ-Ċikonja Bajda hi għasfur rari ħafna f'Malta, u lanqas nistgħu ngħidu li tidher kull sena. Hi bajda kollha, minbarra nofs il-gwienaħ li huma suwed. Għandha għonq u saqajn twal li żżommhom stirati 'l barra hija u ttir. Tbejjet f'waħdiet jew kolonji żgħar fl-Ewropa u tqatta` x-Xitwa fl-Afrika.
Oqgħod attent/a li ma tħallatx iċ-Ċikonja Bajda mal-irsieset, li huma pjuttost komuni fir-rebbiegħa u ġieli jidhru fi qtajjiet kbar. Dawn itiru b'għonqhom milwi lura u huma iżgħar miċ-Ċikonja Bajda.
image