Spring Alive f'Malta

BirdLife Malta qiegħda tieħu ħsieb il-proġett Spring Alive f'pajjiżna.
BirdLife Malta hija l-akbar għaqda ambjentali f'Malta. Naħdmu sabiex nipproteġu kemm l-għasafar kif ukoll l-ambjent naturali u l-biodiversita`. Ħloqna u nieħdu ħsieb żewġ riservi naturali. Bħalissa qegħdin naħdmu fuq proġetti ambjentali kbar, bħal ma` hi Foresta 2000.
Kulħadd jista` jingħaqad magħna, inkluż it-tfal. It-taqsima tat-tfal jisimha Klabb Ħuttaf. Jekk tidħol fi Klabb Ħuttaf tkun tista` tattendi l-attivitajiet li norganizzaw. Kull xaharejn tirċievi l-magażin il-Ħuttafa, li jkun mimli tagħrif u ritratti bil-kulur. Is-sħubija fil-Klabb tiswa` biss €7 fis-sena.
Għal aktar tagħrif dwar BirdLife Malta żur il-website www.birdlifemalta.org jew iktbilna f'dan l-indirizz: BirdLife Malta, 57/28 Triq Abate Rigord, Ta` Xbiex XBX 1120.