Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Home   ›   FAQ-Mistoqsijiet komuni
Ibgħat lill-ħbieb

FAQ-Mistoqsijiet komuni

1

 
Kif nagħraf bejn Ħuttafa u Rundun?
Din hi diffikulta` komuni ghal min għadu jibda l-birdwatching, biss mhux daqshekk diffiċli li tagħraf bejniethom.
mid-daqs: ir-Rundun hu ftit ikbar mill-Ħuttafa.
mid-denb: il-Ħuttafa għandha denbha twil forma ta` V. Ir-Rundun għandu denb qasir li ħafna drabi tarah ġej għall-ponta.
mill-ġwienaħ: Ir-Rundun għandu l-ġwienah itwal minn tal-Ħuttafa u ġejjin għat-tond. Waqt li ttir, il-Ħuttafa tgħawweġ il-ġwienaħ mill-kisra, filwaqt li r-Rundun iżommhom iktar stirati u forma ta' minġel.
mit-titjir u mistrieh: Il-Ħuttaf jinġabar fil-qasab tal-widien biex iqatta` l-lejl. Matul il-jum ġieli jinġabar fi qtajjiet fuq il-wajers tal-dawl. Ir-Rundun qatt ma jieqaf itir ħlief meta jkun fil-bejta. Iġiefieri jekk l-għasfur li qed tara waqaf jistrieħ, iċ-ċans hu li hu Ħuttafa.
 
Kemm idum għaddej il-proġett Spring Alive?
Spring Alive jagħlaq fil-31 ta` Mejju.
 
Nista` nieħu sehem fi Spring Alive is-sena d-dieħla?
Iva, u żgur li tista'. U anke s-sena ta' wara u ta' wara u ta' wara......
 
Naħseb li rajt Ħuttafa imma denbha, għalkemm forma ta` V, kien qasir. X'taħseb li kienet?
Wisq probabbli li dak li rajt kienet Ħawwiefa (House Martin). Il-Ħawwiefa hi ghasfur mir-razza tal-Ħuttaf u fir-rebbiegħa tkun komuni ħafna. Tista' tgħid li hi fost l-ewwel għasafar li jidhru fil-passa tar-rebbiegħa (minn Jannar). Minn taħt tkun bajda u minn fuq sewda b'tebgħa bajda fuq id-dahar. Id-denb ukoll ikun forma ta` V, imma hu ħafna iqsar minn tal-Ħuttafa.
 
Rajt wieħed mill-għasafar ta' Spring Alive u kont ma` xi nies oħra. Nista` ndaħħalhom fi Spring Alive?
Iva, dażgur li tista`. Jekk ikunu jridu, jistgħu jdaħħlu l-osservazzjoni tagħhom huma stess inkella tista` ddaħħalha inti għalihom. F'dan il-każ, meta tiġi biex iddaħħal l-osservazzjoni tiegħek u ta` dawk li kienu miegħek, ikklikkja ghalliem/a flok student/a u ikteb kemm kontu persuni fl-ispazju pprovdut.
 
Kemm-il darba nista` niehu sehem fi Spring Alive?
Tista` tiehu sehem fi Spring Alive l-ewwel darba li tara Huttafa u l-ewwel darba li tara Rundun f'din il-passa. Ghalkemm xejn m'hu impossibli, ic-Cikonja Bajda rari tidher f'Malta, filwaqt li d-Daqquqa Kahla hi difficli li taraha jew tismaghha jekk ghadek tibda l-birdwatching.
 Mitsubishi Corporation