Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Home   ›   L-Aħbarijiet tar-rebbiegħa   ›   Kaxxi għar-Rundun
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Kaxxi għar-Rundun

2011.02.14
Kaxxi għar-Rundun
Kaxxi mwaħħlin mal-kunvent tal-Karmnu, il-Balluta
Ftit tas-snin ilu, ir-Rundun żdied mal-lista żgħira ta' għasafar li jbejtu f'pajjiżna. L-ewwel ma nstab ibejjet kien ma' bini għoli f'Tas-Sliema, u kull sena beda ftit ftit jinfirex. Sas-sena l-oħra kellna xi seba' postijiet konfermati fejn ir-Rundun qiegħed ibejjet, kollha ma' bini u knejjes.
BirdLife Malta qiegħda taħdem mal-Kummissjoni Ambjent tal-Arċidjoċesi ta' Malta sabiex ir-Rundun ikompli jinfirex f'pajjiżna. Ma' għadd ta' knejjes qegħdin jitwaħħlu numru ta' nestboxes magħmulin apposta għar-Rundun. Sa issa twaħħlu fi tliet postijiet: il-knisja tal-Karmelitani fl-Imdina, il-knisja tal-Karmelitani fil-Balluta u l-knisja arċipretali ta' Għajnsielem. Hemm pjanijiet biex jitwaħħlu iktar kaxxi ma' knejjes oħra, sabiex ir-Rundun isir dehra komuni fl-ibliet u l-irħula tagħna.
Czytaj także:
Qbiżna l-mija!
Qbiżna l-mija!
2011-02-18
 Mitsubishi Corporation