Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Għin lill-għasafar
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Għin lill-għasafar

Ċikonja Bajda
Ic-Cikonja Bajda ma tbejjitx f'Malta u tpassi f'numri zghar hafna (mhux kull sena) minn fuq pajjizna. Bosta mill-ftit li naraw jinqatlu illegalment minn kaccaturi irresponsabbli.
Is-shubija tieghek ma` BirdLife Malta tghinna biex inkomplu nipprotegu l-ghasafar f'pajjizna.
 
Ħuttafa
Sal-ahhar tas-seklu ghoxrin, il-Huttafa kienet wahda mill-ghasafar li tbejjet f'pajjizna darba f'mitt qamar. Imma f'dawn l-ahhar snin jidher li l-pari li jibqghu ibejtu fostna qeghdin jizdiedu u jinfirxu.
Il-bejta tibniha bit-tajn u twahhalha mal-bini. Il-bicca l-kbira tibniha ma` xi bini zdingat fil-kampanja jew xi razzett, izda taf taghzel ukoll xi dar fl-abitat.
Jekk tinduna b'xi bejta, tkun ta` liema ghasfur tkun, toqghodx tieqaf hdejha jew thalli l-kurzita` teghlbek biex tittawwal ha tara x'fiha. Jekk taghmel hekk tkun qed tissogra li tgerrex l-ghasafar u l-bejta tisfratta.
Xorta wahda tista` tgawdi l-bejta jekk thares lejha mill-boghod.
 
Rundun
Ir-Rundun hu ghasfur komuni fi zmien il-passa, u qtajjiet kbar jidhru anke matul is-sajf. Hu ghasfur mahluq biex itir u jaqbad l-insetti mill-arja. L-uniku zmien meta jieqaf itir hu fi x'hin ikun fil-bejta. Matul il-jum itir fil-gholi u jitbaxxa tard wara nofsinhar.
Minn ftit tas-snin 'l hawn bdejna ngawdu r-Rundun bhala ghasfur li jbejjet f'pajjizna wkoll. Fis-sajf tas-sena 2008 deher car li r-Rundun qieghed jinfirex f'pajjizna ghax instab ibejjet fi nhawi godda, fosthom il-Mellieha u l-Mosta.
Ir-Rundun jibni l-bejta fi xquq fil-bini. il-bejta qatt ma tkun tidher izda tkun tista` tghid fic-cert li r-Rundun ghandu l-bejta jekk tarah idur ghal bosta jiem fl-istess post u iktar minn hekk jekk tarah diehel f'xi xaqq bejn il-gebel.
 
Daqquqa Kaħla
Id-Daqquqa Kahla rari hafna li jirnexxilha tbejjet f'pajjizna, u wahda mir-ragunijiet tista` tkun il-kacca illegali. Iktar ma tonqos il-kacca illegali, iktar ikollna ghasafar bhad-Daqquqa Kahla li jibdew ibejtu fostna.
Aktarx li l-kacca fir-rebbiegha issa sejra tispicca darba ghal dejjem minn Malta. Il-kacca fir-rebbiegha taghmel hafna iktar hsara minn dik tal-harifa, peress li kull ghasfur li jinqatel ikun ifisser li se jkun hemm bejta inqas.
BirdLife Malta ilha snin twal tahdem sabiex tipprotegi l-ghasafar u l-ambjent naturali fejn jghixu. Inti wkoll tista` tissieheb maghna, hi x'inhi l-eta` tieghek.

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group