Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Home   ›   Kif tieħu sehem
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Kif tieħu sehem

Faċli ħafna biex tieħu sehem fi Spring Alive!
Il-proġett Spring Alive hu survey sempliċi bbażat fuq l-osservazzjoni tal-għasafar. Kull ma trid tagħmel hu li tirreġistra l-ewwel osservazzjonijiet tiegħek tal- Ħuttaf, Rundun, Qerd in-Naħal, Daqquqa Kaħla (jekk tkun xortik tajba) u ċ-Ċikonja Bajda (jekk tkun xortik tajba ħafna).
Filwaqt li l- Ħuttaf, ir-Rundun u l-Qerd in-Naħal huma komuni fi żmien il-passa u faċli tarahom, id-Daqquqa Kaħla hi inqas komuni u żżomm moħbija f'sigar folti. Iktar tismaghha kmieni filgħodu milli taraha. Iċ-Ċikonja Bajda rari tidher fir-rebbiegħa, għalkemm xi waħdiet jidhru kważi f'kull ħarifa.
Bis-saħħa tal-osservazzjonijiet tiegħek, xjenzati tal-BirdLife ikunu jistgħu janalizzaw x'inhu jiġri u jaraw meta u fejn waslu l-għasafar fi triqithom biex ibejtu. Inkunu nistgħu naraw ukoll f'liema ġimgħa kien hemm l-iktar nies li raw l-ewwel għasafar. Dan it-tagħrif jgħinna nitgħallmu iktar u nħarsu l-għasafar tal-passa fl-Ewropa.
 
Kif tibgħat l-informazzjoni li ġbart?
Biex tirreġistra l-osservazzjoni tiegħek, kull ma trid tagħmel hu li:
  1. tidra tagħraf l-għasafar ta` Spring Alive, speċjalment (fil-każ ta' Malta) il-Ħuttafa, ir-Rundun u l-Qerd in-Naħal, u ssir taf meta jidhru l-aktar f'Malta.
  2. Ibda agħti każ x'hemm madwarek (waqt li tkun barra, fuq il-bejt, fil-bitħa tal-iskola jew waqt li tkun qed tħares `il barra mit-tieqa tal-karozza) u meta tara dawn l-għasafar l-ewwel darba f'din ir-rebbiegħa, idħol fil-website ta` Spring Alive. Tinsiex li aħna rridu nkunu nafu meta rajt l-ewwel Ħuttafa, l-ewwel Rundun u l-ewwel Qerd in-Naħal biss.
  3. Wara li tidħol fil-website, ikklikkja fejn hemm miktub Daħħal l-osservazzjoni tiegħek u imla fejn meħtieġ. Meta tlesti, ibgħatilna t-tagħrif billi tikklikkja l-buttuna Ibgħat.
  4. Iċċekkja l-mapep ħalli tara l-effett fuq il-passa tar-rebbiegħa tal-kontribuzzjoni tiegħek.
  5. Tinsiex ixxerred il-kelma dwar Spring Alive ma` sħabek u l-familja tiegħek. Iktar ma jieħdu sehem nies, iktar aħjar.
Tinsiex: Tista` tosserva l-ghasafar kullimkien: mid-dar, ll-iskola jew waqt xi mixja fil-kampanja.
Biex issir taf meta l-għasafar ta` Spring Alive jidhru f'Malta, mur fit-taqsima Dwar l-għasafar. Hawnhekk issib tagħrif u stampi dwar l-għasafar ta` Spring Alive.
Meta tara jew tisma` wieħed minn dawn l-għasafar, kull ma trid tiftakar hi d-data ta` dak inhar. M'għandekx għalfejn tiftakar kemm rajt għasafar jew fejn kont eżatt. Għalkemm il-Ħuttaf, ir-Rundun u l-Qerd in-Naħal tista` tarahom itiru fuq il-belt jew raħal tiegħek, iċ- ċans li tarahom jiżdied jekk tmur fil-kampanja.
Taqtax qalbek! Ħu gost bi Spring Alive u ibda gawdi l-passa tar-rebbiegħa.

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group