Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Ħuttafa
sound offsound on
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Ħuttafa

imageGħal ħafna nies fl-Ewropa, id-dehra tal-Ħuttafa tfisser li waslet ir-rebbiegħa, għalkemm f’Malta, meta terġa` tidher fil-ħarifa jingħad li jkun riesaq il-maltemp! Fir-rebbiegħa tidher l-iktar mill-bidu ta` Marzu sal-aħħar ta` April jew il-bidu ta` Mejju. Meta jqum ir-rih jew jissaħħab l-ajru, jidher iktar Ħuttaf mis-soltu. Thobb il-beraħ, speċjalment ħdejn għadajjar jew ġibjuni fejn jinġabar in-nemus, li hu l-ikel favorit tagħha. Filgħaxija jinġabru biex jorqdu fil-qasab. Ir-riserva naturali tas-Simar tiġbed eluf ta` Ħuttaf tard wara nofsinhar u joħolqu spettaklu sħiħ bit-titjir ħafif u lvent tagħhom.
Mhux darba jew tnejn tilmaħ qtajjiet ta` Huttaf jistriehu fuq il-wajers tad-dawl. Dawn aktarx ikunu qegħdin jinġabru flimkien qabel jerġgħu jaqbdu t-triq lejn l-Ewropa.
Id-denb twil maqsum forma ta` V jgħinek ħafna biex tagħraf il-Ħuttafa minn għasafar oħrajn.
Il-Huttaf jibni l-bejta bit-tajn u generalment iwahhalha mal-bini. Sa xi sitt snin ilu l-Hattaf rari ferm li kien ibejjet f'Malta - kultant kienet tinstab xi bejta! Imma issa jidher li l-Huttaf qieghed ibejjet kull sena u n-numru tal-bejtiet qieghed jizdied minn sena ghall-ohra.
Kif taghraf Huttafa minn Rundun?
Ir-Rundun hu ikbar mill-Huttafa, imma ghal min ghadu jibda l-birdwatching, din il-haga jinnutaha jekk jara z-zewg ghasafar qrib xulxin.
Ir-Rundun qatt ma jieqaf itir (hlief meta jkun fuq il-bejta), filwaqt li l-Huttaf gieli jingabar fi qtajjiet fuq il-wajers tad-dawl.
Il-gwienah tar-Rundun huma itwal u irqaq minn tal-Huttafa; ma tantx jaghlaqhom u ghandhom l-ghamla ta` mingel jew qamar felli.
Id-denb tal-Huttafa hu itwal u iktar maqsum minn tar-Rundun.
Fl-ahhar nett, ir-Rundun hu iswed kollu; il-Huttafa ghandha zaqqha bajdanija.
.imageimageimage

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group