Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Rundun
sound offsound on
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Rundun

Dan hu għasfur verament maħluq biex itir. Jgħaddi kważi ħajtu kollha jtir, u anke jorqod waqt li jtir. Jieqaf itir biss meta jkun fil-bejta. Jidher fiż-żewġ pases u anke fis-sajf. Għandu tweżiqa rqiqa, u meta jingħaqdu fi gruppi, spiss isejħu lil xulxin waqt li jtiru. Spiss dan l-għajat jurik li hemm ir-Rundun itir fil-għoli fuq rasek. F'dak li hu lewn, m'għandekx fejn titfixkel għax ir-Rundun hu iswed minn fuq s'isfel, ħlief għal daqsxejn abjad taħt għonqu.
Fil-bidu tas-seklu għoxrin jingħad li r-Rundun kien ibejjet fix-xquq fis-swar. F'dawn l-aħħar snin jidher li reġa` beda jbejjet kull sena f'kolonji żgħar. Aktarx li l-ewwel kolonja ġiet iffurmata f'bini għoli f'Paceville! Minn dak iż-żmien 'l hawn tfaċċaw kolonji ġodda fil-Mellieħa, il-Mosta, l-Imdina, San Ġwann, Tas-Sliema u probabilment anke f'Għawdex. Il-bejta tar-Rundun ma tkunx tidher għax tkun moħbija sew fi xquq jew fetħiet dojoq.
imageimage

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group