Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Qerd in-Naħal
sound offsound on
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Qerd in-Naħal

Il-Qerd in-Naħal hu fost l-għasafar l-iktar kuluriti li naraw fi żmien il-passa. Minħabba f'hekk kien jinqatel fi kwantitajiet kbar minn xi kaċċaturi. B'xorti tajba, din il-qerda naqset sew minn xi snin 'l hawn.
Il-Qerd in-Naħal jidher fi qtajjiet u dan l-aħħar snin jidher li qed jiżdied kull sena. Hu iżgħar minn ħamiema u minn nofs denbu toħroġ rixa twila u rqiqa. Ħafna drabi tisimgħu qabel ma tarah, speċjalment jekk ikun fi qtajjiet. L-għajjat tal-Qerd in-Naħal jixbaħ lil ħafna sfafar fil-bogħod (prr...prr...prr...). Kemm-il darba l-għasafar jieqfu jistrieħu fuq xi siġra jew wajers tad-dawl.
Barra n-naħal, dan l-għasfur jiekol insetti oħra bħal ħanfus, ġurati u mazzarelli (dragonflies) li jaqbad waqt li jtir.
Il-bejta jibniha mal-ġnub tax-xmajjar f'toqob li jħaffer hu stess. Għalkemm ħadd qatt ma ħolom li dan l-għasfur jista' jbejjet f'Malta, f'dawn l-aħħar snin instab ibejjet f'munzelli tar-ramel f'barriera abbandunata.
 
imageimageimage

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group