Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Daqquqa Kaħla
sound offsound on
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Daqquqa Kaħla

Id-Daqquqa Kaħla hi frekwenti fir-rebbiegħa. Mhux dejjem faċli li taraha għax tħobb iżżomm ruħha moħbija. Iktar hu faċli li tismagħha tgħajjat, għalkemm ġeneralment dan ikun kmieni filgħodu. Jekk toqgħod qrib xi wied, żomm widnejk miftuħin għall-għajta tagħha (ku-kuuu).
Id-Daqquqa Kaħla fiha daqs ħamiema, iżda għandha denb u ġwienah itwal minn tal-ħamiem. Għandha lewn griż kaħlani b'sider u żaqq bajdanin bi strixxi rqaq.
L-ikel tad-Daqquqa Kaħla jikkonsisti f'insetti, speċjalment friefet, xagħat (caterpillars) u ħanfus.
Id-Daqquqa Kaħla ma tibnix bejta, iżda tbid fil-bejtiet ta` għasafar oħrajn, iżgħar minnha fid-daqs, u tħalli f'idejhom biex irabbu l-frieħ taghħa. Meta tbid il-bajda taghħa hija tneħħi waħda mill-bajdiet li jkun hemm diġa` fil-bejta. Il-ferħ tad-Daqquqa Kaħla jfaqqas qabel l-oħrajn, u hekk kif joħroġ mill-bajda jimbotta l-bqija tal-bajd `il barra mill-bejta. Il-"ġenituri" tiegħu jkollhom biċċa xogħol iebsa biex jitimgħuh, għax fid-daqs ikun ikbar minnhom. Kultant dan l-għasfur ibejjet f'Malta wkoll.
Wara li jitilqu mill-Ewropa, id-Daqquq Ikħal jinżel lejn l-Afrika u jqatta` x-xitwa fis-savanna.
image

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group