Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Dwar il-passa
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Dwar il-passa

Waħda mill-affarijiet l-aktar affaxxinanti u tal-għageb dwar l-għasafar hi l-kapaċita` li jivjaġġaw eluf ta` kilometri darbtejn fis-sena biex iqattgħu x-xitwa fi klima ħafna iktar sħuna minn dik tal-Ewropa. Tassew li hi meravilja tan-natura meta tara l-għasafar jinġabru fi qtajjiet u jtiru flimkien.
Ħafna għasafar ipassu biex isibu l-ikel. Jekk jibqgħu fl-Ewropa fix-xitwa, naturalment, ma tantx isibu dak l-ikel abbundanti li jipprovdi s-sajf, bħal insetti, frott żgħir u żerriegħa. Dan l-ikel ikun qed jistennihom fil-kontinent Afrikan fejn il-klima tkun iktar sħuna. Il-passa tgħin lill-għasafar biex ma jinqerdux, għalkemm xi għasafar ma jirnexxilhomx jaslu għax imutu waqt il-passa. Dan jista` jiġri minħabba kawżi naturali, imma l-aktar minħabba l-bniedem.
Biex jaslu b'wiċċ il-ġid, l-għasafar iridu jkunu b'saħħithom, irid ikollhom ħażna ta` xaħam u rix f'kundizzjoni perfetta. Għalhekk, meta jlestu mill-bejta u jibda joqrob żmien il-passa, l-għasafar jgħaddu minn hafna tibdil. Ix-xaħam jibda jinġema` f'ġisimhom u jibdew joħorfu sabiex ibiddlu r-rix qadim ma` rix ġdid.
Sabiex isibu t-triq lejn l-Afrika, l-għasafar jużaw ix-xemx, il-kwiekeb u l-ġibda manjetika li kapaċi jħossu. Aktarx ukoll li hemm għasafar li jużaw il-memorja biex jiftakru minn fejn iridu jtiru u fejn jistgħu jieqfu biex jistrieħu sena wara l-oħra.
 Mitsubishi Corporation