Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Home   ›   Għinna niskopru r-rebbiegħa
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Għinna niskopru r-rebbiegħa

Il-proġett Spring Alive juża l-osservazzjoni tal-għasafar sabiex jinġabar tagħrif dwar il-passa. Bis-saħħa ta` parteċipanti żgħar u kbar madwar l-Ewropa, qiegħed jinġabar tagħrif utli dwar il-wasla tal-għasafar fir-rebbiegħa madwar l-Ewropa. Huwa faċli ħafna li tipparteċipa. Kull ma trid tagħmel hu li tirreġistra l-ewwel Ħuttafa, Rundun u Qerd in-Naħal li tara din ir-rebbiegħa fil-website.
Aħna nixtiequ minn għandek li tibgħatilna l-ewwel osservazzjonijiet tieghek BISS. Ir-riżultati jiġu analizzati sabiex nistudjaw il-wasla tal-Ħuttaf, ir-Rundun u l-Qerd in-Naħal u naraw f'liema ġimgħa kien hemm l-akbar numru ta` nies li raw l-ewwel għasafar tal-passa. Dan it-tagħrif jgħinna nitgħallmu aktar dwar il-passa tal-għasafar fl-Ewropa.
Iftaħ il-paġni li jiġbru r-riżultati biex tara x'tgħallimna bis-saħħa ta` Spring Alive.

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group