Like most websites we use cookies. If you're happy with that, just carry on as normal - otherwise to find out more click here.
   
Fittex fil-websajt:
Dwar l-għasafar
Home   ›   Ċikonja Bajda   ›   Migrations
sound offsound on
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Ċikonja Bajda

Fil-ħarifa ċ-Ċikonji Bojod ipassu lejn l-Afrika, minħabba li l-ikel jibda jiskarsa. Numru żgħir iqatta` x-xitwa fin-naħa t'isfel ta` Spanja. Il-biċċa l-kbira jibqgħu neżlin lejn l-Afrika ċentrali jew iktar 'l isfel. Il-vjaġġ kapaċi jlaħħaq it-12,000 kilometru.
Iċ-Ċikonji jpassu matul il-jum biss sabiex ikunu jistgħu jissiefħu (glide) għal distanzi twal. Dan jagħmluh bis-saħħa tal-arja sħuna li titla` 'l fuq. S'intendi, aħna l-arja ma narawhiex, u lanqas iċ-Ċikonji. Dawn iżda, kapaċi jsibu l-arja sħuna li titla` forma ta` kolonni kbar. Iċ-Ċikonji jħallu l-arja sħuna timbuttahom 'il fuq, imbagħad jigglajdjaw 'l isfel u hekk jivjaġġaw għal ħafna kilometri mingħajr ma jċaqalqu l-ġwienaħ.
Sabiex isibu l-kolonni ta` arja sħuna, iċ-Ċikonji jpassu fi qtajjiet kbar. Hekk kif Cikonja "tirkeb" kolonna ta` arja sħuna, l-oħrajn isegwu għal warajha. Minħabba li l-arja titla` 'l fuq f'forma ta` ċirku, iċ-Ċikonji jibdew iduru u jagħqdu f'ċirku kbir hekk kif l-arja sħuna tkompli timbuttahom 'il fuq.

Spring Alive 2019 is supported by

HC Group